Tmien persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtu minn karozza f’San Ġiljan. Wieħed minnhom, Olandiż ta’ 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ ftit qabel il-5am fi Triq Ġorġ Borg Olivier, meta żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Birkirkara, allegatament tilef il-kontroll tal-karozza u tela’ fuq bankina.
Fuq il-post issejħu numru ta’ ambulanzi biex ħadu l-isptar lil erba’ Olandiżi, żewġ Kroati u żewġ Ingliżi ta’ 25 sena.
Wieħed mill-Ingliżi weġġa’ gravi u l-ieħor ġrieħi ħfief.
Tliet Olandiżi, li għandhom bejn 19 u 25 sena weġġgħu ħafif, filwaqt li ż-żewġ nisa Kroati ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fi tweet li wieħed mill-vittmi tal-inċident jinsab fil-periklu tal-mewt.
8 hospitalized after #Sliema accident this morning – 1 in very critical condition. Emergency staff’s response exemplary. #Helpline: 25454900
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 6, 2018