Jitkompla x-xogħol fuq il-mina ta’ San Ġiljan

Ix-xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni fuq il-mina ta’ Triq M.A. Vassalli, jew kif inhi magħrufa l-mina ta’ San Ġiljan se jkomplu llejla u għada bil-lejl.
Transport Malta avżat li x-xogħlijiet se jsiru bejn id-9pm u l-5am, direzzjoni lejn in-nofsinhar ta’ Malta.
Spjegat li x-xogħol se jibqa’ għaddej matul l-iljieli kif meħtieġ, u li fejn possibbli t-traffiku se jgħaddi minn karreġġjata waħda.
Madanakollu, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jista’ jkun meħtieġ li l-mina tingħalaq kompletament għat-traffiku.
Is-sewwieqa huma mħeġġa jużaw toroq alternattivi.
Ix-xogħol beda nhar il-Ħamis wara li waqgħu biċċiet mill-mina.