Jitkompla l-ittestjar fuq il-vaċċin tal-Covid-19

Read in English.

AstraZeneca Plc ħabbret li se tkompli tiżviluppa l-vaċċin ewlieni tal-COVID-19, wara li kellha twaqqaf momentarjament l-ittestjar, minħabba li parteċipant fil-fażi finali tal-istudju marad b’mod li ma setax jiġi spjegat.

Ilbieraħ l-AstraZeneca u l-Università ta’ Oxford ħabbru li wara l-pawsa ta’ ftit jiem kien se ikompli jiżviluppaw il-vaċċin wara li nstab li dan hu sigur għal bniedem. L-università qalet li kienet qed tistenna li xi wħud mill-parteċipanti kien se jħossuhom ħażin meta jitlaqqmu bil-vaċċin.

Il-kumpanija qalet li tista’ tkompli bl-ittestjar wara tal-Health Products Regulatory Agency li hija r-regolatur f’dan il-qasam.

Is-Segretarju tas-Saħħa Ingliż Matt Hancock qal li s-saħħa tal-pazjenti tiġi l-ewwel u għalhekk l-Università kienet ħadet ftit jiem ta’ pawża biex tistudja l-effetti tal-vaċċin.

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa qalet li hemm madwar 180 kumpanija li qed jiżviluppaw il-vaċċin.