Fl-Aħrax tal-Mellieħa sar vandaliżmu fuq bank li sar minn raġel b’tifkira ta’ martu wara li din mietet.
Fuq Facebook ixxerred ritratt ta’ dan il-bank imkisser. In-nies li kkummentaw ikkundannaw dan l-att ta’ vandaliżmu u spjegaw kif kliem dan ir-raġel kien sempliċi imma mimli emozzjoni lejn il-mibkija martu.
“Kif jista’ xi ħadd ikisser xi ħaġa bħal din sakemm ma jkunx vendikattiv, illitterat u insensittiv?” staqsew uħud.
Sar appell biex isir bank identiku biex jieħu post dak imkisser.