Filmat: Jitkellmu ommijiet ta’ tfal bid-down syndrome

Umani jerġa’ jasal lura, llum it-Tnejn 4 ta’ Novembru fis-7pm fuq TVM. L-edizzjoni tal-lum twassal il-weġgħat u l-ħsibijiet ta’ ġenituri li għandhom tfal bil-kundizzjoni down syndrome. 

Titkellem fost l-oħrajn, Joanna Xerri, il-President tal-assoċjazzjoni Down Syndrome Malta li għandha tifel ta’ 16-il sena li jismu Karl bil-kundizzjoni downs.

Titkellem ukoll Debbie Borg, omm Gayle Borg, ta’ 25 sena.  Il-ġenituri jixtiequ li uliedhom ikollhom assistent personali biex meta jmutu huma jserrħu rashom li uliedhom ma jispiċċawx f’xi istituzzjoni. 

Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni tal-ġurnalista Maria Muscat.