Jitkeċċew ħaddiema li ħadu ritratti mal-katavru ta’ Maradona

Maradona funeral
BBC News

Tliet persuni li kienu qegħdin jaħdmu waqt il-funeral tal-plejer tal-futbol Diego Armando Maradona tkeċċew wara li ħadu stessi mal-katavru tiegħu. Huma għamlu apoloġija.

Ir-ritratti li ħadu dawn il-persuni xxerrdu fuq l-internet u qajmu rabja kbira fost l-ammiraturi ta’ Maradona.

Wieħed minnhom, Claudio Fernandez, qal li tilef xogħlu fil-kumpanija tal-funerali Sepelios Pinier, flimkien ma’ ibnu Ismael u raġel ieħor.

Huma rċivew ukoll theddid minħabba dak li għamlu.

Maradona miet erbat ijiem ilu fl-età ta’ 60 sena minħabba problemi respiratorji wara li kellu attakk tal-qalb.