Jitkeċċew 21 membru tas-Salib l-Aħmar minħabba abbużi sesswali

Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) qal li fl-aħħar tliet snin 21 membru mill-istaff kellhom jitilqu minn xogħolhom minħabba mġiba sesswali skorretta.
Id-Direttur Ġenerali, Yves Daccord, qal li dawn l-individwi ħallsu għalm servizzi sesswali waqt il-ħin tax-xogħol, u allura tkeċċew mill-aġenzija.
Dawn ir-rivelazzjonijiet raw id-dawl hekk kif fl-aħħar jiem dan is-settur tal-ewwel għajnuna ntlaqat minn bosta akkużi simili ta’ abbuż sesswali mill-ħaddiema stess.
Ftit tal-jiem ilu, id-Deputat Kap Eżekuttiv ta’ Oxfam irriżenjat wara li ħarġu fil-beraħ allegazzjonijiet relatati ma’ skandlu sesswali minn ħaddiema tal-organizzazzjoni dinjija mhux governattiva.
Sar magħruf ukoll li fl-għaxar snin li għaddew il-persunal tan-Nazzjonijiet Magħquda wettqu aktar minn 60,000 każ ta’ stuprar sesswali fuq nies iddevastati u fil-bżonn.
Imbagħad Plan International, organizzazzjoni tal-karità mat-tfal, ikkonfermat sitt każijiet ta’ abbuż sesswali mill-ħaddiema tagħha.
Hu għalhekk li s-Salib l-Aħmar iddeċieda li jwettaq investigazzjoni interna, u sab dan li ssemma.
Daccord fakkar li l-ICRC tħaddem mas-17-il elf ħaddiem mad-dinja kollha, u allura jibża' li każijiet oħra simili a ġewx irrappurtati, jew ġew irrappurtati b'mod qarrieqi.Skont stqarrija
Qal li ħass dwejjaq kbir hu u jirrapporta dawn il-każijiet, madankollu ddeskriva dil-ġurnata bħala waħda diffiċli iżda importanti.
“Din l-imġiba hi tradiment lejn in-nies u l-komunitajiet li sippost għandna nservu”, temm jgħid Daccord.