Jitkeċċa Silva, Everton għadhom mingħajr maniġer

Il-klabb ta’ Everton keċċa lill-maniġer Marco Silva wara 18-il xahar, wara li l-klabb spiċċa fiż-żona tar-relegazzjoni tal-Premier League wara li kienu umiljati fid-derby ta’ Merseyside.

It-telfa ta’ 5-2 tal-Erbgħa li għadda kontra Liverpool kienet id-disa’ telfa tal-istaġun tagħhom u ħalliethom fit-18-il post fill-klassifika tal-Premier League.

Silva, li ħa l-inkarigu f’Mejju 2018, rebaħ 24 logħba u tilef 24 logħba mis-60 logħba li kellu f’idu.

L-ekd attakkant Duncan Ferguson tpoġġa fil-kariga ta’ maniġer b’mod temporanju u se jmexxi lit-tim kontra Chelsea nhar is-Sibt.

Il-klabb stqarr li se jkun qed jappunta maniġer ġdid mill-aktar fis possibbli.