Jitkeċċa Pellegrini minn ma’ West Ham

West Ham keċċew lill-maniġer Manuel Pellegrini wara li tilfu kontra Leicester City bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet id-disa’ telfa tagħhom mill-aħħar 12-il logħba li lagħbu.

L-aħħar telfa ta’ West Ham li waslet il-bieraħ, ħalliethom fis-17-il post tal-klassifika. Bħalissa qegħdin punt biss bogħod miż-żona ta’ relegazzjoni.

L-eks maniġer ta’ West Ham, David Moyes hu fost il-kandidati li jikseb ix-xogħol mat-tim.

Il-klabb stqarr li kienet deċiżjoni diffiċli li kellu jieħu. Spjega kif deher biċ-ċar li kien hemm bżonn ta’ bidla biex kemm jsita’ jkun jirnexxielhom jiffukaw fuq l-ambizzjonijiet li kellhom fil-bidu tal-istaġun. Pellegrin tkeċċa 18-il xahar wara li ħa l-kariga. Hu kien appuntat maniġer tat-tim lura f’Mejju tal-2019 b’kuntratt ta’ tliet snin.

Pellegrini ġie mgħarraf dwar it-tkeċċija ftit tal-ħin wara li kien intervistat wara l-logħba kontra Leicester.

Riżultati oħra:

Brighton & Hove Albion 2-0 AFC Bournemouth

Newcastle United 1-2 Everton

Southampton 1-1 Crystal Palace

Watford 3-0 Aston Villa

Norwich City 2-2 Tottenham Hostspur

Burnley 0-2 Manchester United