Jitkeċċa mix-xogħol wara li ‘seraq’ kartuna bajd

Raġel ta’ 31 sena li kien ilu jaħdem ma’ kumpanija tal-catering għall-aħħar 12-il sena, fetaħ kawża għad-danni quddiem it-Tribunal Industrijali, wara li tkeċċa minħabba allegat serq.
Ir-raġel li hu mill-Belt qed isostni li tkeċċa b’mod inġust, għax mhux minnu li seraq kartuna bajd.
Fl-appell tiegħu, ir-raġel saħaq li dejjem għamel xogħlu, li qatt ma ngħata xi twissija u li ma kienx jistħoqqlu li jitkeċċa.