Jitkeċċa Libjan minn Malta

Il-Qorti keċċiet Libjan li gideb biex kiseb permess ta’ residenza f’Malta.
Huwa ammetta li għamel dikjarazzjoni falza meta qal li kien student ta’ kulleġġ f’Malta biex kiseb il-permess ta’ residenza.
Huwa ġie kundannat 14-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u nofs.
Il-maġistrat Frendo Dimech qalet li l-Qorti mhix se tittollera din it-tip ta’ imġieba.