Jitkeċċa l-Gwardjan tal-ħabs fejn kien qed jinżamm Epstein

FILE PHOTO: Chairman of the House Judiciary Committee Jerrold Nadler speaks in Washington, U.S., March 26, 2019. REUTERS/Joshua Roberts

Read in English.

L-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti ordna li jitkeċċa l-Gwardjan tal-ħabs f’Manhattan fejn kien qed jinżamm Jeffrey Epstein. Dan fid-dawl tal-inċident ta’ nhar is-Sibt fejn ġie żvelat li Epstein għamel suwiċidju fiċ-ċella tiegħu.

Epstein kien qed jinżamm arrestat fuq akkużi ta’ traffikar tas-sess, skont rapporti barranin.

Skont il-midja internazzjonali l-katavru tiegħu nstab fiċ-ċella wara li tħalla tliet siegħat waħdu. L-istess rapport kkonfermaw li l-uffiċċjali li suppost kienu għassa ma’ Epstein fil-ħin li tħalla waħdu qed jiġu investigati wkoll hekk kif qalu li dak il-ħin huma kienu reqdin għax kienu qed jaħdmu siegħat twal.

Epstein ġie arrestat fis-6 ta’ Lulju u wieġeb mhux ħati li kien involut fit-traffikar uman, li involva għexieren ta’ tfajliet taħt l-età, uħud minnhom ta’ 14-il sena. Dan allegatament dam għaddej tal-anqas mill-2002 sal-2005.

Ix-xahar li għadda, hu nstab mitluf minn sensih mal-art fiċ-ċella b’marki fuq għonqu. Il-każ kien qed jiġi investigat bħala każ ta’ aggressjoni fuqu jew inkella suwiċidju.