Daniel Azzopardi, ir-rappreżentant ta’ Malta fi Brussell, tkeċċa mill-kariga tiegħu. Dan skont sorsi ta’ Newsbook.com.mt.
Azzopardi ġie appuntat bħala r-Rappreżentant Permanenti Malti għall-Unjoni Ewropea f’Lulju tal-2018. Newsbook.com.mt għamel kuntatt ma’ kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar dan l-iżvilupp. Dan il-kelliem ma weġibx il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.
Madanakollu l-aħbar tat-tkeċċija ta’ Azzopardi ġiet irrappurtata fuq diversi siti lokali oħra.
Falliment tal-Gvern fin-negozjati – Peter Agius