Jitkaxkru l-baħar 2 membri tal-ekwipaġġ ta’ vapur b’bandiera Maltija

MARITIME BULLETIN

Żewġ membri tal-ekwipaġġ ta’ vapur li jtajjar bandiera Maltija tkaxkru l-baħar minn mewġa fil-baħar tan-Norveġja.

Skont is-sit Maratime Bullettin, l-inċident seħħ dalgħodu. Helicopters mill-armata Norveġiża qed jassistu fit-tfittxija. Jidher li dawn iż-żewġ persunu ma kenux lebsin life jackets. Iċ-ċans li jistabu ħajjin huwa żgħir minħabba t-temperatura baxxa tal-baħar. Il-vapur kien qed ibaħħar mir-Russja lejn ir-Rumanija u ntlaqat minn maltempata kerha.