Read in English.
Il-pubbliku ngħata iktar aċċess għal kosta ta’ Tignè u l-port ta’ Marsamxett wara numru ta’ inizjattivi implementati mill-kumpanija MIDI bil-koperazzjoni tal-kunsilli lokali tal-Gżira u Tas-Sliema.
L-aċċess tjieb wara li l-MIDI, sponsorjat it-trejqiet u t-turġien biex l-aċċess madwar it-Tignè Peninsula jkun aktar faċli u sigur. Barra minn hekk MIDI qed tipprovdi servizz ta’ shuttle b’xejn fi tmiem il-ġimgħa biex twassal il-viżitaturi fuq ix-xatt ta’ taħt il-Forti Manoel f’Manoel Island biex ikun evitat il-mixi tad-distanza fis-sħana tax-xemx.
Is-sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chircop, qal li “ix-xogħlijiet sponsorjati mill-MIDI assiguraw li l-pubbliku ġenerali seta’ jgawdi aċċess sħiħ għall-parti l-kbira tax-xatt ta’ Tigné Point”.
Skont il-ftehim li sar fil-Manoel Island Guardianship Agreement iffirmat is-sena li għaddiet, MIDI kienu taw il-kelma li l-aċċess għax-xatt ikun priservat u li ż-żoni maħsuba għall-għawm ikunu provduti biex jitgawdew mill-pubbliku ġenerali waqt l-istaġun tal-għawm.
Conrad Borg Manché, is-sindku tal-Gżira, qal li “Bis-saħħa ta’ dawn l-inizjattivi pożittivi jkun konfermat l-impenn tal-kunsilli lokali għall-komunitajiet lokali. B’dan is-servizz tax-shuttle, pereżempju, l-aċċess għaż-żoni tal-għawm f’Manoel Island saru aktar aċċessibbli”.
Inizjattiva oħra li ttieħdet mill-MIDI din is-sena kienet l-installazzjoni mill-ġdid tat-taraġ fuq Manoel Island.
“Meta t-taraġ tranġa, in-nies li jużawh laqgħuh bl-aktar entużjażmu,” qal il-President tal-Għaqda Sajjieda Dilettanti tal-Gżira.
“Dan l-appoġġ liż-żewġ kunsilli lokali biex jistabbilixxi aċċess aktar sigur għax-xatt u l-inizjattiva biex ikun imtejjeb l-iskal fuq Manoel Island huwa parti mill-impenn għaddej il-ħin kollu tal-MIDI għall-komunità lokali,” qal Mark Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-MIDI.