Jitilgħu l-poloz tal-UEFA Champions League

Illejla telgħu l-poloz tal-gruppi għall-istadju li jmiss tal-logħob tal-UEFA Champions League. 

Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni taċ-Champions League Bayern Munich, ġew fil-grupp ma’ Manchester City, filwaqt li l-Ispanjoli Real Madrid għandhom lit-tim tal-Juventus fl-istess grupp.

Il-poloz telgħu kif ġej:

Grupp A: Manchester United, Shakhtar Donetsk, Bayer Leverkusen, Real Sociedad

Grupp B: Real Madrid, Juventus, Galatasaray, FC Copenhagen

Grupp Ċ: Benfica, Paris Saint-Germain, Olympiacos, Anderlecht

Grupp D: Bayern Munich, CSKA Moscow, Manchester City, Viktoria Plzen

Grupp E: Chelsea, Schalke, FC Basel, Steaua Bucharest

Grupp F: Arsenal, Marseille, Borussia Dortmund, Napoli

Grupp G: Porto, Atletico Madrid, Zenit Saint Petersburg, Austria Vienna

Grupp H: Barcelona, AC Milan, Ajax, Celtic