Jitilgħu l-poloz tac-Champions League

Ftit minuti wara nofsinhar, telgħu il-poloz tal-Kwarti tal-finali tat-tazza tac-Champions.

Fost l-aktar interessanti se jkun hemm il-logħba bejn Bayern Munich u Juventus. Se jiltaqgħu ukoll żewġ timijiet fost l-aktar sinjuri fid-dinja tal-futbol, il-Franċiżi Paris St Germain u l-Barcelona. Il-logħob l-oħra huma Real Madrid vs Galatasaray, u Borussia Dortmund vs Malaga.

L-ewwel leg se jintlgħab fit-2 u 3 t’April filwaqt li t-tieni leg hi skedata għall-ġimgħa wara, fit-8 u 9 t’April.