Jitilfu ‘l missierhom f’barriera; jingħataw €60,000 f’danni

Kumpanija ġiet ordnata tħallas €60,000 għad-danni li familja ġarrbet meta r-raġel tal-familja tilef ħajtu traġikament waqt inċident fuq il-post tax-xogħol.

L-inċident seħħ nhar 19 ta’ Diċembru 2015 meta Carmel Falzon kien tilef ħajtu f’inċident waqt li kien qiegħed xogħol f’barriera. Dakinhar ir-raġel miet mgħarraq u fgat hekk kif il-makkinarju li kien qed jopera waqa’ bih b’kollox f’ġibja. Ir-raġel kellu 53 sena u kellu 5 itfal.

AQRA: Raġel minn Ħaż-Żabbar jinstab mejjet f’barriera fir-Rabat

Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ppreseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff il-kumpanija li topera l-barriera ġiet ikkundanata tħallas lill-familja tal-vittma €60,000 f’danni.