Jitħawlu xtieli fi tmiem il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku

doi reuben piscopo

Tħawlu numru ta’ xtieli mill-viżitaturi fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti f’ Ħ’Attard fi tmiem il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018.
Saru diversi taħdidiet dwar il-ħarsien tal-pjanti fl-open day.
Dawk li ħadu sehem ddawru mal-post minn gwida u ngħataw tagħrif dwar l-istorja tal-post, li tmur lura għas-sena 1625, fi żmien il-Gran Mastru Fra Antoine de Paule.
It-tema ta’ din is sena kienet dik ta’ Servizzi Pubbliċi għand Kulħadd Kullimkien.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo