Jitħawlu 232 siġra taċ-ċipress fiż-Żejtun

Read in English.

Fiż-Żejtun tħawlu 232 siġra taċ-ċipress.

Is-Sindku Doris Abela qalet li dawn tħawlu fi Triq Strejnu wara li l-Kunsill Lokali esprima din ix-xewqa ma’ Infrastructure Malta. Hija qalet b’sodisfazzjon illi t-talba ntlaqgħet mill-Perit tal-Infrastructure Malta.

Abela rringrazzjat lill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg.

Wara diskussjonijiet li kelli xhur ilu mal-Perit ta' Infrastructure Malta dwar ix-xewqa li jitħawlu siġar fiz-Żejtun, b'…

Posted by Doris Abela on Thursday, August 15, 2019

Dan wara li kien hemm għadd ta’ każijiet fejn tqaċċtu s-siġar fil-ġimgħat li għaddew. Dan qajjem furur fost il-poplu Malti, tant li kien hemm anke protesta favur is-siġar fir-rigward tal-proġett Central Link f’Ħ’Attard.

Aqra:

Filmat: Ikomplu jitqaċċtu s-siġar fil-Qala

Aġġornata: “Is-siġar fix-Xewkija ġew rilokati biex jitnaqqsu l-inċidenti”

Filmat u Ritratti: Velja għas-siġar u t-trakka tal-ġiri f’Santa Luċija

Ritratti: Jitqaċċtu s-siġar biex jibda l-proġett f’Santa Luċija