Jitħassru vjaġġi tal-Virtu Ferries minħabba l-maltemp

Tħassru l-vjaġġi kollha li l-Virtu Ferries kellhom ippjanati għal għada l-Erbgħa. Dan minħabba tbassir ta’ maltemp u baħar qawwi.

Il-kumpanija qalet fuq Facebook, li biddlet ukoll l-iskeda tagħha għal-lum it-Tlieta: tibdil fil-ħin tal-vjaġġ ta’ filgħaxija minn Sqallija għal Malta u żieda ta’ vjaġġ ieħor biex jikkumpensaw għaż-żieda fit-traffiku.

VR100 Dep. MLA 05:00 hrs / Arr. POZZ 06:45 hrs (skedat)
VR101 Dep. POZZ 18:00 hrs / Arr. MLA19:45 hrs (emendat)

VR110 Dep. MLA 21:00 hrs / Arr. POZZ 22:45 hrs (miżjud)
VR111 Dep. POZZ 00:00 hrs (n/d) / Arr. MLA 01:45 hrs n/d (miżjud)

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, ir-riħ għada mistenni jitla’ sa Forza 7, filwaqt li l-Ħamis il-baħar mistenni jkun qawwi għal iktar qawwi.

Il-kumpanija qed tappella lill-klijenti biex jagħmlu kuntatt magħha fuq dawn in-numri:

L-uffiċċju f’Pozzallo:

Tel: (+ 39) 0932 811811
Fax: (+ 39) 0932 811812
pozzallo@virtuferries.com

L-uffiċċju f’Katanja:

Tel: + 39 095 7031211
Fax: + 39 095 7031212
catania@Virtuferries