Jitħassru titjiriet fl-Awstralja minħabba vulkan

Fl-Awstralja ġew ikkanċellati mijiet ta’ titjiriet wara li żbroffa vulkan fl-Indoneżja.
Il-vulkan żbroffa tlett darbiet nhar il-Ġimgħa, u l-irmied beda jinżel lejn in-nofsinhar.
Minħabba l-irmied vulkaniku tal-muntanja Sangeang Api, tħassru titjiriet minn u lejn il-belt ta’ Darwin, qrib it-tramuntana tal-Awstralja.   
Filwaqt li jidher li t-titjiriet jistgħu jkun affetwati għal xi ġranet, id-deputat Prim Ministru Warren Truss qal li dan jiddependi wkoll mir-riħ u t-temp, hekk kif hemm ċans li l-belt ta’ Brisbane tista’ twaqqaf ukoll it-titjiriet.