Jitħassru operazzjonijiet fuq azzjonijiet industrijali għall-ikel aħjar tal-infermiera

Tmien operazzjonijiet jitħassru dalgħodu minħabba azzjonijiet industrijali imsejħa mill-union tal-infermiera fuq kwistjoni industrjali li ddur madwar sejħa għall-ikel aħjar għall-infermiera.

Id-direttiva nħarġet mill-MUMN li qed targumenta li l-ikel provdut lill-infermiera waqt il-ħin tax-xogħol għandu jitjieb.

Din il-kwistjoni ilha titkarkar ix-xhur u toħroġ minn restrizzjonijiet li saru mid-Direttorat tal-Promozjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-mard fejn ikel magħmul minn karboidrati, xorb biz-zokkor u ħelu tneħħew mill-kafeteriji, ħwienet u vending machines tal-isptar.

L-MUMN qed tgħid li f’Malta ma jeżisti l-ebda dittatorjat u allura persuna m’għandix tkun obligata li tiekol biss dak ikel magħżul d-Direttorat għall-promozzjoni tas-Saħħa.

Dalgħodu saret laqgħa bejn bejn l-MUMN u d-dipartiment tas-Saħħa li ma wasslet għal ebda eżitu pożittiv.