Il-kumpanija Virtu Ferries ħabbret li se tħassar il-vjaġġi bejn Malta u Sqallija s-Sibt 14 ta’ Diċembru minħabba l-maltemp.
Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-vjaġġi kollha tas-Sibt se jitħassru. Se jsiru aktar vjaġġi mis-soltu l-Ħadd, jiġifieri l-għada.
Ir-riħ nhar is-Sibt li ġej mistenni jonfoħ b’qawwa ta’ bejn forza 6 u forza 8.