L-Isqfijiet Maltin qed iħejju direttivi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid

Iż-Żebbuġ, Għawdex - Easter in Gozo

Read in English.

L-Isqfijiet Maltin qed iħejju direttivi dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa dan peress li f’digriet ippubblikat mill-Vatikan ġew imħassra l-manifestazzjonijiet pubbliċi tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Kelliem għall-Kurja qal li d-digriet ġie kkomunikat lill-Isqfijiet il-Ġimgħa. Fih ġew ippubblikati linji gwida għall-isqfijiet u għall-qassisin dwar kif għandhom isiru ċ-ċelebrazzjonijiet għal dan iż-żmien tas-sena liturġika. Id-dokument jirrakkomanda biex dawk il-liturġiji li jistgħu jiġu posposti jsiru darb’oħra. Id-digriet jgħodd għal din is-sena biss.

Id-digriet jgħid li fejn hemm regoli tal-awtoritajiet ċivili u tal-Knisja, il-qassisin jistgħu joffru liturġiji fil-knejjes tagħhom mingħajr il-preżenza ta’ kongregazzjoni.

Fit-12 ta’ Marzu l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-funzjonijiet reliġjużi se jitwaqqfu b’effett immedjat.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn