Jitħassru l-attivitajiet tal-Karnival għal wara nofsinhar

L-attivitajiet marbuta mal-Karnival li kellhom isiru llum wara nofsinhar tħassru kollha minħabba l-maltemp.
Dan ħabbritu l-paġna tal-Facebook tal-organizzaturi ta’ dawn l-attivitajiet, li żiedet tgħid li żammet f’moħħha s-sigurtà tan-nies meta ħassret dawn l-attivitajiet.
Fi stqarrija ntqa li aktar informazzjoni dwar il-programm t'għada, l-aħħar jum, tingħata għada stess filgħodu.

It-temp żgur kien ħanin mal-bdiewa, li kienu qed jistennew ftit xita li ma tkunx f’daqqa u ttellfilhom ħafna ħamrija, iżda żgur ma kienx ħanin mal-organizzaturi tal-attivitajiet tal-Karnival, li dat-tlitt ijiem kellhom iħassru jew imexxu bosta minnhom minħabba x-xita li ma qatgħet qatt.
Fl-avviż tal-lum, il-paġna ma qalitx jekk se jitmexxewx għal xi ħin ieħor dawn l-attivitajiet.
Għal informazzjoni kontinwa tista' żżur is-sit tal-Karnival ta' Malta, inkella l-paġna tal-Facebook.