Jitħassru aktar minn 40 logħba futbol fl-Italja

Aktar minn 40 logħba inkluż logħba mis-Serie B tħassru minħabba li xterdet il-biża’ mal-Italja kollha dwar il-coronavirus.

Il-logħba bejn Ascoli u Cremonese ġiet posposta. Football Italia rrapporta li dawn il-logħbiet tħassru minħabba li l-awtoritajiet huma nkwetati dwar is-sigurtà tan-nies. Il-logħba tħassret wara li 41 logħba oħra minn diviżjonijiet differenti fir-reġjuni tal-Lombardija u Veneto tħassru.

Il-logħba mis-Serie B bejn Pisa u Venezia jista’ jkun ukoll li titħassar minħabba l-istess raġuni.

Jidher li l-pajjiż qiegħed jallarma ruħu wara li xterdet l-aħbar li wieħed mill-plejers mhux professjonali li jilgħab għal Codogno, 400 mil minn Ascoli, kellu jittieħed l-isptar.