Aġġornata: “Ħsarat kbar” iwasslu biex jiġi kkanċellat kollox għall-Karnival

Kelliema għall-organizzaturi tal-Karnival qalet ma' Newsbook.com.mt li l-attivitajiet kollha li kellhom isiru llum tħassru minħabba ħsarat kbar li sabu l-organizzatyri minħabba t-temp.

F'post fuq Facebook intqal li din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba s-sigurtà tal-parteċipanti u l-pubbliku.
Żiedu jgħidu li Ballu Tritoni18 se jiġi pospost għal għada l-Ħadd fis-7pm.
Aktar kmieni tħabbar li l-Karnival tat-Tfal li kien ippjanat għal dalgħodu tħassar, u se jsir it-Tnejn.
Dan ħabbritu l-paġna uffiċjali tal-attivitajiet tal-Karnival għal dis-sena, li żiedet tgħid li l-biljetti li kienu diġà nxtraw għall-attività tal-lum se jibqgħu validi għall-attività tat-Tnejn, jekk din l-attività ssir.

Sadanittant l-istess paġna qalet li l-programm tat-Tnejn għal wara nofsinhar għadu kif ipprogrammat.
Xita ma taqta’ xejn u rjiħat qawwija fixklu ħafna mill-programm tal-Karnival għal dis-sena, fil-fatt ilbieraħ tħassar il-ftuħ tal-Karnival, u sippost il-karrijiet kellhom joħorġu dalgħodu.
Madankollu Newsbook.com.mt hu infurmat li l-karrijiet mhux se joħorġu dalgħodu, minħabba ilmijiet fil-Marsa, minn fejn ilbieraħ kien ippjanat li joħorġu.