Jitħassar il-marċ brijuż ta’ Ħal Lija

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Pio X, ħabbar li wara pariri li ħa minn esperti mediċi, wasal għad-deċiżjoni li l-marċ, li kien se jsir fil-5 ta’ Awwissu, se jiġi kkanċellat.

Dan sabiex jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu Lijan u dawk li jattendu għalih.

“Is-saħħa tiġi qabel kollox,” kkummentaw huma.

Mark Sciberras, li huwa l-kaxxier fi ħdan si-Soċjetà, tkellem ma’ newsbook.com.mt qal li d-deċiżjoni ttieħdet kontra qalbhom iżda ttieħdet fl-aħjar interess ta’ kulħadd hekk kif f’dawn l-aħħar ġranet żdiedu l-każijiet marbuta mal-Covid-19 u għaldaqstant ħassew il-ħtieġa li ma jorganizzawx l-ebda attività tal-massa.