Jitħassar il-kunċert ta’ Willie Nelson; problemi f’saħħtu

Ritratt: Flickr/joshbg2k

Il-kantant Willie Nelson, li jgħodd 86 sena, ħassar kunċerti li kellu pjanati minn nhar it-Tnejn li ġej minħabba problemi f’saħħtu.

Il-kantant, magħruf għal bosta suċċessi bħal Georgia on my Mind, September Song, Blue Eyes Crying in the Rain, Angel Flying Too Close To The Ground, WHiskey River, My Heroes Have Always Been Cowboys u On the Road Again, qiegħed ibgħati biex jieħu n-nifs u għalhekk fuq ordni tat-tobba, il-kunċerti li kien se jagħti din il-ġimgħa, tlieta b’kollox, tħassru.

Ritratt: Twitter

Nelson suppost issa għandu impenn ieħor fil-21 ta’ Settembru biex flimkien ma’  Neil Young, John Mellencamp, Dave Matthews u Bonnie Raitt, jieħu sehem fil-kunċert Farm Aid.

Ħafna ammiraturi tiegħu qed jittamaw li Nelson ikun irkupra sew sa dak iż-żmien.