Jitħassar il-Karnival tas-sajf minħabba l-inċident tal-Marsa

Facebook: Scott Frendo

Read in English.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali flimkien ma’ Festivals Malta, wrew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ Jean Paul Bonett wieħed mill-aktar persuni delettanti tal-Karnival. Fi stqarrija ħabbru li ġew imħassra l-attivitajiet kollha relatati mal-Karnival tas-sajf li kienu jsiru fi tmiem din il-ġimgħa.

Komplew li Bonnett kien wieħed mill-aħjar artisti fis-settur tal-karnival tant li għal diversi snin huwa kien il-kap ta’ waħda mill-kumpaniji ewlenin.

Jean Paul Bonett tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk tal-elettriku waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-maħżen tal-Karnival fil-Marsa.

Ara: Raġel imut b’xokk f’maħżen tal-Karnival

Bosta kienu dawk li fuq Facebook ħallewlu messaġġi ta’ kondorjanzi u esprimew il-ħasda li ħadu malli saru jafu.

Ara: ‘Dħakna u bkejna flimkien’ – xita ta’ kummenti dwar iċ-Chippy