Jitħarrġu dwar emerġenzi u kura qabel l-isptar

Proġett b’fondi tal-UE ppermetta lil erba’ voluntiera tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) u ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex biex jieħdu sehem f’taħriġ ta’ kura qabel persuna tittieħed l-isptar wara inċident. Il-kors sar fl-Italja.
Matulu, il-parteċipanti tgħallmu iktar dwar il-proċess u t-teknoloġija meħtieġa biex tingħata kura ta’ emerġenza, inkluż meta tiġri diżgrazzja li tolqot lil għadd ta’ nies fl-istess ħin. Huma tgħallmu wkoll dwar is-sigurtà fl-ilma u l-psikoloġija waqt emerġenza.
It-taħriġ sar permezz tal-programm tal-UE ‘Grundtvig’.