Jitħabbru żewġ elezzjonijiet każwali f’San Ġwann u Birkirara

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li se jsiru żewġ elezzjonijiet każwali.
Dawn jinkludu:

  • Elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ membru għall-Kumitat Amministrattiv tal-Komunità tal-Kappara f'San Ġwann, wara r-riżenja ta' Simon Ellul Sullivan. Salvator Mousu’ ġie innominat għal din il-kariga. 
  • Elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara wara r-riżenja tal-Kunsillier Josianne Cardona Gatt. Antoine Attard ġie innominat għal din il-kariga.

L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tnejn f'12pm fl-Uffiċċju Elettorali il-Belt Valletta.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li għalkemm kellha ssir elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta' kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar wara r-riżenja tal-Kunsillier Domenic Agius, din mhix se ssir għax l-ebda nomina ma kienet ippreżentata.
Ritratt: Arkivji