Jitħabbru r-rebbieħa tal-Miss u Mr World Malta

Alex Borg u Naomi DIngli. Ritratt: icamstudios.net

Ilbieraħ filgħaxija saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-konkors Mr & Miss Wrodl Malta li twassal f’xandira diretta fuq l-istazzjon ONE bi preżentazzjoni ta’ Quinton Scerri u Keith Demicoli. Din kienet l-24 darba li dan il-konkors ġie organizzat minn Modelle International taħt it-tmexxija ta’ Sue Rossi u Claudia Calleja, u se jwassal biex ir-rebbieħa jipparteċipaw f’konkors ta’ sbuħija barra minn Malta.

Alex Borg rebaħ it-titlu ta’ Mr World Malta li ħa post Daryl Azzopardi, ir-rebbħei ta’ dan it-titlu tal-2018. Warajh fit-tieni post ikklassifika Neil Bonello filwaqt li fit-tielet post ikklassifika Ilyan Seychell.

Fil-kompetizzjoni tal-Miss World Malta Naomi Dingli ħadet post Nicole Vella li ġarret dan it-titlu għall-aħħar sena. Fit-tieni post ikklassifikat Ella Portelli u fit-tielet post Pearl Marie Micallef.