Jitħabbru r-Rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling taż-Żgħar

Philip Gruppetta u Sara Xuereb it-tnejn ġew ikkonfermati bħala r-Rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling tal-U23 għall-ħames sena konsekuttiva. 
Sara Xuereb ikkonfermat id-dominanza tagħha wkoll meta rebħet il-Kampjonat tal-Bniet tal-U16 għar-raba’ sena konsekuttiva, filwaqt li ħuha Edward Xuereb rebaħ il-Kampjonat tas-Subien tal-U16 għat-tieni sena konsekuttiva. L-aħwa Christopher u Kathryn Fenech ġew inkurunati rebbieħa tal-BOV U12 għall-ewwel darba.
Il-kampjonati kienu maqsuma fi tliet kategoriji: U12, U16 u U23 u din is-sena kien hemm 35 kompetitur, li wħud minnhom kienu qed jieħdu sehem f’aktar minn
kategorija waħda.
Wara l-kompetizzjonijiet, Stefan Abela, Community Officer tal-Bank of Valletta u Paul Baldacchino, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Ten Pin Bowling ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.