Jitħabbru r-rebbieħa ta’ kompetizzjoni tal-kitba dwar id-drittijiet tal-bniedem

Shirley Jobson minn San Ġwann ġiet fl-ewwel post tal-kompetizzjoni organizzata mill-Fondazzjoni Strickland li fiha l-parteċipanti kienu mitluba jiktbu essaj bit-tema prinċipali tkun id-drittijiet tal-bniedem.
L-essej rebbieħa bit-titlu ta’ “Island Life: A story of humans and their rights,” kienet titratta t-tbatija li jgħaddu minnha r-refuġjati meta jaħarbu minn pajjiżhom. Jobson titkellem ukoll dwar ir-reazzjoni neggativa ta’ ħafna Maltin li jqiesu l-immigranti bħala theddida.
Shirley Jobson tispjega l-mod kif dawn l-immigranti jiġu mċaħħda mid-drittijiet umani f’pajjiżhom u d-diskriminazzjoni li jirċievu minn għad ta’ Maltin minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom.
Fit-tieni post ġiet l-essay bit-titlu “There exists a breach of his human rights, not yours: How Malta lags behind in the protection and observance of human rights” miktuba minn Evelyn Borg Costanzi
Shirlet Jobson rebħet premju ta’ €5,000 u trofew, filwaqt li Borg Costanzi rebħet €1,500 u ċertifikat.
It-tminn persuni oħra li ngħataw ċertifikat huma Tessa Fiorini, Reuben Zammit, Isaac Azzopardi, Henri Sant Cassia, Margaret Bianchi, Robert Gatt, Patrick Gatt, u Luana Bezzina.
Il-Premjijiet ingħataw mill-eks Prim Imħallef tal-Ingilterra Igor Judge waqt ċerminonja f’ġieħ il-ġurnalista Mable Strickland.