​Jitħabbru r-rati ta’ mgħax ta’ żewġ stocks tal-Gvern

It-Teżor ħabbar li r-rati ta’ mgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur u tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur ġew stabbiliti kif ġej: 
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
L-imgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhurgħall-perjodu bejn il-25 ta’ Marzu 2018 u l-24 ta’ Settembru 2018 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 0.629% p.a.  Din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018 b’ -0.271%, flimkien ma’ spread ta’ 90 basis points.
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
L-imgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2019 (IV) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn il-25 ta’ Marzu 2018 u l-24 ta’ Settembru 2018 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 0.729% p.a.  Din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l- Ħamis 22 ta’ Marzu 2018 b’ -0.271%, flimkien ma’ spread ta’ 100 basis points. 
Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(g) u paragrafu 7 (h) tal-Prospett li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Settembru, 2013 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru. 846.