Jitħabbru l-kantanti għal Sanremo

Għaddejjin b’ritmu mgħaġġel il-preparamenti għas-70-il edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li bħas-soltu se tkun mifruxa fuq ħames serati. Taħt id-direzzjoni artistika ta’ Amadeus, Sanremo se jibda mit-Tlieta 4 ta’ Frar u jibqa’ għaddej sas-Sibt 8 ta’ Frar 2020.

Din is-sena hemm 24 kantanti kbar li se jkunu qed jieħdu sehem f’din l-edizzjoni li mistennija tkun tassew speċjali. Se nkunu qd naraw kantanti veterani bħal Rita Pavone u Irene Grandi, kif ukoll oħrajn li ma tantx ilhom fix-xena bħal Alberto Urso, rebbieħ tal-aħħar edizzjoni ta’ Amici.

Min jirbaħ Sanremo, normalment ikun l-ewwel preferenza li jirrappreżenta lill-Italja fil-Eurovision Song Contest li se ssir f’Mejju. Interessanti li fost l-24 kantanti kbar f’din l-edizzjoni ta’ Sanremo, nsibu tnejn li fil-fatt diġà marru għall-Eurovision.

L-ewwel wieħed huwa Raphael Gualazzi li fl-2011 kien ħa sehem bil-kanzunetta Madness of Love.

Fl-2017 imbagħad kien hemm Francesco Gabbani bil-kanzuentta Occidentali’s Karma.

Il-lista sħiħa tal-24 kantanti “kbar” li se jieħdu sehem fis-70 edizzjoni hija din:

Ritratt; RAI

Għadu mhux magħruf jekk Al Bano u Romina Power hux se jieħdu sehem f’xi waħda mis-serati.

Il-kantant Al Bano kien tkellem pubblikament u qal li ġie avviċinat biex flimkien ma’ Romina jitilgħu fuq il-palk tal-Ariston, u filwaqt li qal li huma t-tnejn għandhom għal qalbhom dan il-festival, Romina llum il-ġurnata ma tħobbx il-festivals.

Issa li lbieraħ waqt I Soliti Ignoti ħarġet il-lista tal-kantanti l-kbar u Al Bano u Romina mhux imsemmija, jifdal biss il-possibilità li jkunu preżenti bħala mistiedna, x’aktarx fis-serata li se tkun dedikata lill-istorja ta’ 70 sena ta’ dan il-festival.