Jitħabbru l-ismijiet tal-Pro-Retturi ġodda fl-Università ta’ Malta

Dak li se jkun ir-Rettur ġdid fl-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred J. Vella, ħabbar l-ismijiet tal-Pro-Retturi li se jkun qed jaħtar ladarba jibda l-kariga tiegħu fl-1 ta’ Lulju.
Il-Professur Joe Cacciottolo se jingħata r-responsabiltà għall-Affarijiet Akkademiċi waqt li Dr Carmen Sammut se tkun responsabbli għall-Affarijiet tal-Istudenti, l-Istaff u l-Outreach.
Il-Professur Saviour Zammit se jkun il-Pro-Rettur għar-Riċerka waqt li l-Professur Godfrey Baldacchino se jkun il-Pro-Rettur għall-Iżvilupp Internazzjonali.
Il-Professur Tanya Sammut-Bonnici se tkun responsabbli mill-Ippjanar Strateġiku u l-Intrapriża.