Jitħabbru l-finalisti tat-18-il MOC Sports Awards

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-finalisti tat-18-il-edizzjoni tal-MOC Sports Awards li se jsiru nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru.

L-atleti magħżula se jkunu dawk l-atleti li kisbu suċċess fl-isfera internazzjonali fil-kategoriji rispettivi tagħhom matul il-perjodu bejn Ottubru tal-2018 u Ottubru tal-2019. Il-Kategoriji tal-Premijijiet jibdew mill-Premju Speċjali, segwit mill-kategoriji Bronż, Fidda, Deheb u Platinum. Il-premijiiet jingħataw fuq bażi ta’ riżultati li nksibu f’kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati taħt l-awspiċji tal-Federazzjonijiet Internazzjonli tal-isport rispettiv tal-atleta nnominat.

Din is-sena is-serata se tkun qeda tirikonoxxi, partikolarment, ir-riżultati miksuba mit-tim Malti li ħa sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa ġewwa Montenegro, fejn l-atleti Malti ġabu 27 medalja u żieda tajba fil-Medalji tal-Fidda u Deheb. Dan spjegah Julian Pace Bonello il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti.

It-tim organizzattiv tal-MOC Sports Awards, immexxi mid-Deputat President William Beck, spjega li l-edizzjoni ta’ din is-sena il-KOM irċeviet 78 nominazzjonijet mibgħuta minn 20 Federazzjon. Ir-riżultati finali ġew determinati mill-Kummissjoni Teknika tal-KOM taħt it-tmexxija mid-Direttur tal-Isport, is-Sur Ivan Balzan. Is-serata se tirrikonoxxi wkoll erba Kunsilli Lokali għall-kontribut tagħhom, kif ukoll ser tħabbar numru ta’membri ġodda fil-Hall of Fame.

Premiju Kunsilli Lokali

Total ta’ 12-il Kunsill Lokali bagħtu s-sottomissionijiet tagħhom għall-konsiderazzjoni. Il-Premju se jingħata lil dawk il-lokalitajiet li taw kontribuzzjoni sostanzjali lejn l-isport, li kien jinkludi organizzazjoni ta’attivitajiet sportivi, assistenza lil assoċjazzjonijiet sportivi fil-lokalita tagħhom kif ukoll kontribuzzjoni lejn il-manutenzjoni u bini ta’ faċilitajiet sportivi.

Finalisti tat-18 il-Edizzjoni tal-MOC Sports Awards

Malta Amateur Athletic Association

Claire Rose Azzopardi, Lisa Marie Bezzina, Ian Paul Grech, Paula Grech, Jordan Daniel Gusman, Damien Jeffrey Charles Mizzi, Rachela Pace

Aquatic Sports Association of Malta

Mya Azzopardi, Dylan Cachia, Andre Camilleri, Andrew Chetcuti, Luke Ellul Sullivan, Francesca Falzon Young, Matthew Galea, Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Alexandra McGonigle, Haley Pawley Neame, Harry Stacey, Mikhail Umnov, Martina Valletta, Michee Van Rooyen

Badminton Malta

Matthew Abela

Malta Billiards & Snooker Association

Duncan Bezzina, Tony Drago

Malta Federation of Body Building & Fitness

Bader Almiloudi, Roderick Theuma

Malta Cycling Federation

Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello, Christian Formosa, Men’s National Team (Etienne Bonello, William Hili, Jason Vella, Brandon Sultana, Clive Bugeja, Mariano Cassar)

Malta Golf Association

Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, JJ Micallef

Malta Gymnastics Federation

Ella Borg, Tara Vella Clark

Malta Judo Federation

Isaac Bezzina, Katrina Esposito, Jeremy Saywell

Malta Karate Federation

Kimberly Stanton

Malta Pool Association

Scott Muscat, Men’s National Team (Miguel Falzon, Mario Cutajar, Anton Cuschieri, Christ Tabone, Dylan Cassar, Kevin Mercieca)

Malta Sailing Federation

Elusive 2 Sailing Team (Aaron Podesta, Maya Podesta, Christoph Podesta, David Anastasi, Gareth Grech, Ben Pace Lehner, Andrea Crocella, Tom Zammit Tabona, Adrian Stone, Magnus Everskog)

Malta Shooting Sports Federation

Eleanor Bezzina, Gianluca Chetcuti, William Chetcuti

Malta Squash Association

Kijan Sultana, Lijana Sultana

Malta Table Football Sports Association

Jurgen Balzan, Derek Conti

Malta Taekwondo Federation

Amani Faraoun

Malta Tennis Federation

Francesca Curmi, Elaine Genovese, Helene Pellicano

Malta Tenpin Bowling Association

Sue Abela, Mauro Anastasi, Cynthia Frendo Duca, Kayden Lagana, Mark Spiteri, Sara Xuereb, Dwayne Zahra

Malta Triathlon Federation

Hannah Cutajar

Malta Weightlifting Association

Vlad Baldacchino, Matthew Camilleri, Shaun Ciantar, Roberta Tabone, Tenishia Thornton, Yasmin Zammit Stevens

It-18 il-Edizzjoni tal-MOC Sports Awards se jixxandar live fuq TVM2 nhar is-Sibt 7 ta’Diċembru fit-8:30pm.