Jitħabbru l-finalisti tal-Malta Junior Eurovision

Ela Mangio waqt il-Junior Eurovision 2018. Ritratt: Andres Putting

Il-Public Broadcasting Services ħabbar il-finalisti għall-edizzjoni li jmiss tal-Malta Junior Eurovision Song Contest li se ssir fl-aħħar tax-xahar id-dieħel.

Il-finalisti, f’ordni alfabetika, huma:

Aiden Aquilina Cohn – Loved Either Way

Francesca Borg Ferranti – Seven Nation Army

Shania Cauchi – O Mio Babbino Caro

Maya Cauchi – Creep

Leah Cauchi  – Illejla

Yarin Coleiro – The Power of Love

Dynasty – Martina Cutajar

Eliana Gomez Blanco – Sto Male

Yulan Law – Speechless

Amy Pace – Rise Up

Eksenia Sammut – Always Remember Is This Way

Kristy Spiteri – Never Enough

Junior Eurovision: L-ewwel dettalji

Is-sena l-oħra Malta kienet rappreżentata minn la Mangion bil-kanzunetta Marchin’ On.

Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, il-kantanti setgħu japplikaw b’kanzunetta oriġinali jew inkella b’cover version.

Il-fażi li jmiss hija li l-kantanti jiġu ffilmjati jkantaw il-kanzunetta tagħhom biex imbagħad il-pubbliku, hekk kif il-filmati jittellgħu fuq il-midja soċjali u jixxandru wkoll fuq it-televiżjoni, jkunu jistgħu jivvutaw għall-kanzunetta favorita tagħhom.

Min jirbaħ jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision li se jsir fil-Polonja, nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru. It-tema tal-Junior EUrovision li jmiss hija “Share the Joy”.

Il-logo tal-Junior Eurovision 2019