Jitħabbru l-finalisti tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020

Eliana Gomez Blanco fl-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-Junior Eurovision Song Contest. Ritratt: Thomas Hanses

Il-Public Broadcasting Services (PBS) ħabbar it-12-il finalist għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Junior Eurovision Song Contest.  Min jirbaħ se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-konkors tal-Junior Eurovision li se jsir f’Warsaw fil-Polonja nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru.

Is-sena l-oħra Malta kienet rappreżentata minn Eliana Gomez Blanco bil-kanzunetta We Are More, filwaqt li l-festival intrebaħ minn Viki Gabor bil-kanzunetta Superhero.

Il-finalisti fil-fażi nazzjonali għal Malta huma dawn:

Anġli kantanta: Leah Cauchi

Anywhere kantanta: Leah Mifsud

Beside Me kantant: Isaac Tom

Change the Silence kantanta: Mariah Cefai

Chasing Sunsets kantanta: Chanel Monseigneur

Deck of Cards kantanti: Yulan Law u Gianluca Cilia

Made of Stars kantanta: Kaya Gouder Curmi

Modern-Day Cinderella kantanta: Emma Cutajar

Moving kantanta: Anneka Xerri

Only Live Once kantanti: Zaira Mifsud u Eksenia Sammut

Replay kantanta: Michela Caruana

The Child From Inside kantant: Mychael Bartolo Chircop

Nawguraw lill-finalisti kollha.