Jitħabbru l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Għawdxin 2017

Tħabbru l-finalisti tal-Għażliet Sportivi Għawdxin 2017 li se jkunu mqassmin f’tmien kategoriji.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din iċ-ċerimonja tifforma parti minn proċess tal-Għazliet Sportivi Għawdxin, fejn atleti, uffiċjali u teams jingħataw rikonoxximent għall-ħidma sportiva li wettqu. 

Il-finalisti huma dawn:
 
‘L-Iktar Tifla Dedikata U/12’ – Attard Keira (Triathlon), Said Leah (Atletika) u  Said Lucia (Football), filwaqt li dawk fil-kategorija ‘L-Iktar Tifel Dedikat U/12’ huma Azzopardi Isaac (Gozo Spirit Combat), Bonello Nathan (Atletika) u Grech Neville (Badminton).
 
‘Żagħżugħa Promettenti U/18’ – Attard Julia (Badminton), Falconi Monique (Kempo Arnis Federation), Grima Gabriela (Atletika), Rapa Valentina (Football) u Scicluna Estelle (Għajnsielem Redcoats).
 
‘Żagħżugħ Promettenti U/18’ – Attard Marlon (Gozo Clay Target Association), Azzopardi Daniel (Gozo Youth Football Association), Grima Matthew (Kempo Arnis Federation), Psaila Paul (Atletika) u Xerri Matthew (Waterpolo).
 
‘Uffiċjal tas-Sena’ – Bajada Melania (Football), Farrugia Adrian M. (Atletika), Sammut Felix (Kempo Arnis Federation), Scicluna Joseph (Baseball) u Xuereb Frank (Gozo Motocross Association).
 
It-Team tas-Sena jrid jingħażel minn Athletix Sports Club, Għajnsielem Redcoats Women’s Softball Team, Gozo Under 17 Tfajliet – Football, Xaghra Bocci Club u SK Victoria Wanderers
Il-kategorija ‘Sportiva tas-Sena’ ser tkun ikkontestata minn Debattista Jolene (Atletika), Farrugia Maria (Football), Mercieca Felicienne (Atletika),Refalo Christiana (Kempo Arnis Federation) u Xuereb Emma (Gozo Motocross Association).
Fl-aħħar, il-finalisti għall-unur ‘Sportiv tas-Sena’ huma Marcello Attard (Gozo Clay Target Association), Mario Cauchi (Gozo Motocross Association), Charlton Debono (Atletika), Gordon Formosa (Gozo Spirit Combat), Marco Refalo (Gozo Horse Racing Association) u Steve Sultana (Football).
Ritratti: MGOZ