Jitħabbru l-finalisti għall-iSport Malta National Awards

DOI: Jeremy Wonnacott

Waqt ċerimonja fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, is-semifinalisti tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali ġew ippreżentati b’ċertifikat kommemorattiv, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Clifton Grima, u tal-kumitat organizzattiv tal-avveniment.

Grima qal li hu ta’ pjaċir għalih li jinnota s-suċċess li nkiseb mill-atleti fl-2019.

Matul iċ-ċerimonja, tħabbru wkoll il-finalisti tas-seba’ kategoriji li l-ġurija se tkun qed tivvota għalihom matul is-serata ta’ premjazzjoni, nhar is-Sibt 22 ta’ Frar.  Barra dawn is-seba’ kategoriji, matul is-serata se jsiru ħames preżentazzjonijiet oħrajn, fosthom il-People’s Choice Award.

Il-pubbliku jista’ jagħti l-preferenza tiegħu billi jidħol fis-sit ta’ SportMalta. Il-voti tal-pubbliku mbagħad jingħaqdu ma’ dawk tal-assoċjazzjonijiet u tal-ġurija biex fis-serata jitħabbar ir-rebbieħ tal-People’s Choice Award.

Il-finalisti f’kull kategorija huma ħamsa, apparti għall-unur tat-Tim tas-Sena, fejn wara li ngħaddu l-voti tal-ġurnalisti kien hemm żewġ timijiet fil-ħames post li ġabu voti ndaqs. Kull kontestant qed ikun iġġudikat fuq l-akkwisti tiegħu matul is-sena 2019, b’emfasi fuq unuri mirbuħa internazzjonalment.

SPORTIV TAS-SENA

Keith AZZOPARDI – Kickboxing

Gianluca CHETCUTI – Sparar

Rodney GATT – Tiġrijiet taż-żwiemel

Jordan GUSMAN – Atletika

Scott MUSCAT – Pool

SPORTIVA TAS-SENA

Sue ABELA – Ten Pin Bowling

Mya AZZOPARDI – Għawm

Eleanor BEZZINA – Target Shooting

Lisa Marie BEZZINA – Atletika

Yazmin ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

UFFIĊJAL TAS-SENA

Julian BAJADA – Sport Paralimpiku

Terry CAMILLERI – Snooker

Joe CARUANA CURRAN – Waterpolo

Bernard VASSALLO – Basketball

John ZAMMIT – Ċikliżmu

COACH TAS-SENA

Jesmond CARUANA – Weightlifting

Edward CARUANA DINGLI – Sport Paralimpiku

Gabriel DOBRE – Futsal

Karl IZZO – Waterpolo

Noel MERCIECA – Kickboxing

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

Kayden LAGANA – Ten Pin Bowling

Jake MUSCAT – Waterpolo

Nico SCIBERRAS – Sparar

Richard SCHULTHEIS – Ibburdjar

Jeremy ZAMMIT – Atletika

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

Mya AZZOPARDI – Għawm

Sarah CHOUHAL – Atletika

Francesca CURMI – Tennis

Helene PELLICANO – Tennis

Tenishia THORNTON – Weightlifting

TEAM TAS-SENA

TIM LUXOL – Futsal

ELUSIVE 2 – Ibburdjar

MR WHIPPY RACING TEAM – Motorsport

TIM KAMPJONAT EWROPEW kompost minn TONY DRAGO u DUNCAN BEZZINA – Snooker

TIM TAN-NISA KAMPJONAT TAL-MEDITERRAN kompost minn SUE ABELA u SARA XUEREB – Ten Pin Bowling

TIM NAZZJONALI RĠIEL – Waterpolo

PEOPLE’S CHOICE AWARD

Claire AZZOPARDI – Atletika

Antonio FLORES – Atletika Paralimpiku

Rodney GATT – Tiġrijiet taż-żwiemel

Tenishia THORNTON – Weightlifting

Jake VELLA – Triathlon