Jitħabbru l-ewwel artisti għall-Isle of MTV

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar id-duo ta’ DJs Belġjani Dimitri Vegas & Like Mike bħala l-ewwel set ta’ mużika waqt l-edizzjoni tal-Isle of MTV għas-sajf li ġej.
L-Isle of MTV se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana fis-27 ta’ Ġunju 2018.
Il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern qed jaħdem ukoll biex itejjeb is-sigurtà u l-organizzazzjoni filwaqt li jaħdem fuq innovazzjoni ġdida għal ta’ din l-attività annwali.
F’messaġġ fuq Facebook Live, il-Ministru saħaq li din l-attività għandha ssir u tibqa’ waħda mill-aktar attivitajiet kbar tal-mużika għaż-żgħażagħ fil-Mediterran.