Jitħabbru d-dettalji tal-logħba bejn l-Italja u l-Iskozja

Mil-lum bdew jinbiegħu il-biljett tal-partita ta' ħbiberija bejn l-Italja u l-Iskozja li se tintlgħab f'Ta'Qali fid-29 ta' Mejju li ġej.
Il-biljetti għal din il-logħba tant mistennija, jinsabu għall-bejgħ minn diversi ħwienet bil-prezzijiet ivarjaw skont is-settur tal-grawnd, bi prezzijiet differenti għall-adulti u t-tfal.
Waqt li l-biljetti għal taħt l-enclosure bħas-soltu se jkollhom il-postijiet allokati skont in-numru tas-siġġu, l-biljetti għall-Millenium u n-North Stand huma fuq bażi ta' free seating.
L-MFA avżat ukoll li s-settur tas-South Stand se jkun riżervat speċifikament għall-partitarji Skoċċiżi.
Hemm ukoll numru limitat ta' biljetti b'xejn għal persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
Dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn persuna li tassistihom u li jrid ikollha biljett tal-partita mixtri u validu. Fuq bażi ta' min jibbukja l-ewwel, jinqeda, persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti għandhom jibbukjaw minn qabel fuq ita-sco@mfa.com.mt
Il-prezzijiet tal-biljetti huma skont kif turi t-tabella t'hawn taħt u jistgħu jinxtraw jew mis-sit mfa.com.mt jew mill-lista ta' ħwienet li tidher iżjed l-isfel.

SetturPrezz għall-AdultiPrezz għat-tfal
(taħt it-12-il sena)
North/South Stand€26€15
Millenium D u F€50€30
West A u Ċ (enclosure)€75n/a
West B (enclosure VIP)€100n/a

MFA OFFICES  -Ta' Qali – Millennium Stand
EROS STATIONERS – Paċeville
KSU Office – On Campus
LION KING STATIOINERS – G'Manġia
MATRIX  –  Republic Street, Valletta
MATRIX  –  Main Street, Paola
MATRIX  –  Skyparks, MIA,
TEAMSPORT  – Iklin
STAR TOURIST SERVICES – Buġibba
GFA OFFICES – Xewkija, Gozo