Jitħabbru d-dettalji tal-funeral ta’ Christine

Read in English.

Christine se tingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex. Il-Banda La Stella se tkun qed issellem lil Christine fit-3:00pm biex imbagħad tibda l-quddiesa fl-4:00pm.

Għeżież Ħbieb tiegħi,Grazzi għat-talb u tas-sapport kbir tagħkom!!!L-aħħar tislima lil għażiża binti Christine GauciNhar il-Ħamis 3pm Ir-Rabat GħawdexYou may kindly wish to share. Thank you

Posted by Mary Gauci II on Sunday, January 19, 2020

Gauci mietet f’inċident waqt li kienet qed tgħodos f’Imġarr ix-Xini ma’ persuna oħra. Bosta persuni u għaqdiet li kienu jafuha ħallew messaġġi ta’ kondoljanzi fuq Facebook. Jidher li Gauci kienet attiva fil-komunità u li kienet bandista.

Kelliem għall-Pulizija kien qal lil Newsbook.com.mt li l-bugħaddasa kienet qed tgħodos ma’ persuna oħra f’Imġarr ix-Xini. Għal xi raġuni, il-mara li toqgħod ir-Rabat Għawdex sabet ruħha f’diffikultà. Il-vittma ttelgħet l-art fil-Port tal-Imġarr minn dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u tim mediku ta l-ewwel għajnuna. Madanakollu l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Il-mewta traġika ta’ Christine Gauci ħalliet dieqa fost l-Għawdxin b’mod partikolari l-kommunità ta’ San Ġorg fir-Rabat. L-Arċipriet ta’ San Ġorg Fr Joseph Curmi qal li minkejja li kienet suldat, ix-xogħol ta’ Christine ma kienx li tagħmel il-gwerra iżda li ssalva n-nies, li tipproteġi lil dawk li jsibu ruħhom f’diffikultà fil-baħar. Ironikament kien l-istess baħar li ħasad il-ħajja ta’ Gauci.