Jitħabbru d-dettalji għal min jgħix ma’ persuni fil-lockdown

Read in English.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fil-ħin li ġej se jitħabbar email speċjali biex minnu persuni jkunu jistgħu jitolbu permess biex ma jibqgħux fil-lockdown. Il-Professur Gauci qalet li din il-miżura tapplika għal dawk il-persuni li joqogħdu ma’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena u dawk b’mard kroniku.

Dan wara li fl-aħħar sigħat persuni staqsew jekk humix se jkunu intitolati għall-Quarantine Leave minħabba li jgħixu ma’ persuni li qiegħdin f’lockdown.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Professur qalet ukoll li din tapplika għal persuni li ma jkollhom lil ħadd minn jixtrilhom il-bżonnijiet neċessarji. Hija spjegat li l-messaġġ irid ikun li dawk li hemm madwar nies anzjani u nies b’mard kroniku jagħmlu biss il-bżonnijiet bażiċi li huma x-xogħol, xiri ta’ ikel u mediċini.

Hija appellat ukoll biex il-postijiet tax-xogħol jadattaw ruħhom kemm jista’ jkun għat-teleworking.

Spjegat li se jkun hemm bord li jevalwa s-sitwazzjoni ta’ kull persuna u jkun jista’ jagħti risposta lil dawn il-persuni. Għal min m’għandux aċċess għall-email jista’ jċempel fuq in-numru 111.

Dawn id-dettalji tħabbru fil-konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Professur Gauci qalet li nstabu 5 każijiet ġodda ta’ coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn