Jitħabbru d-dettalji dwar it-titjira lejn Frankfurt

Wara li l-Air Malta ħabbret li se terġa’ tibda t-titjira minn u lejn Frankfurt, il-linja nazzjonali tal-arju ħabbret l-iskeda.
It-titjiriet se jibdew isiru kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd u se tibda topera mid-29 ta’Ottubru.
Minn Malta l-ajruplan se jitlaq fl-4.24pm u jasal Frankfurt fis-7.10pm u minn Frankfurt jitlaq fit-8.10pm u jasal Malta fil-10.40pm.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit tal-Air Malta.