Jitħabbru d-dati tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja 2022

FIFA ħabbret id-dati ta’ kif se jintlagħbu l-logħbiet fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar fl-2022. Il-finali se tintlagħab sebat ijiet qabel il-Milied.

Waqt il-logħob tal-gruppi se jkun hemm erba’ logħbiet f’ġurnata u f’xi każi spettatur ikun jista’ jmur jara aktar minn logħba waħda għax il-grawnds m’humiex imbiegħda ħafna minn xulxin.

Il-logħba tal-ftuħ se tintlagħab fil-21 ta’ Novembru. Il-logħob tal-gruppi se jintlagħbu fil-11.00am, fis-2.00pm, fil-5pm u fit-8pm ħin ta’ Malta.

Il-finali hi skedata li tintlagħab nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru fis-7pm ħin ta’ Malta.